Il-pulizija arrestat il-mara li nqabdet tisraq minn fuq kameras tas-sigurtà f’ħanut tas-sbuħija f’San Ġiljan.
Kien one.com.mt li ħareġ din l-istorja wara filmat li beda jdur fuq il-midja soċjali.
Fil-filmat il-mara tidher dieħla fil-ħanut għal ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar u waqt li anzjana kienet qed tagħmel diffrejha, il-mara tisirqilha l-basket.
Il-mara tidher taħtaf il-basket tal-anzjana minn wara daharha, iddaħħlu fil-basket tagħha u titlaq ‘il barra bih.