Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li jissospendi l-Parlament, ġabet reazzjoni ta’ rabja bla preċedent fost Membri Parlamentari u dawk li jopponu li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.
Sigħat wara li Johnson talab lir-Reġina biex tissospendi l-Parlament Ingliż minn issa sal-bidu t’Ottubru li ġej, kienu bosta li ħarġu fit-toroq tal-pajjiż jipprotestaw.
Barra minn hekk skattat petizzjoni li diġà ġabret aktar minn miljun firma.
Il-Gvern Ingliż qal li perjodu ta’ ħames ġimgħat sospensjoni f’Settembru u Ottubru, xorta jagħti lok għal diskussjoni dwar Brexit.
Iżda kritiċi argumentaw li dan huwa biss tentattiv li jmur kontra d-demokrazija, biex ma jħallix lill-Membri Parlamentari milli jwaqqfu lir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, bla ftehim.