Anzjan ta’ 84 sena mill-Ħamrun sofra ġrieħi gravi wara li fl-4 ta’ waranofsinhar intlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq.
L-inċident seħħ fi Triq Abate Rigord fil-Gżira meta l-Ħamruniż intlaqat minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn.
Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.