Minn tal-inqas 25 persuna nqatlu u għexieren indarbu fi sparatura li saret fi stabbiliment viċin il-baħar, fil-belt ta’ Veracruz fil-Messiku.
Il-pulizija qed tgħid li ċrieki kriminali kienu involuti f’dan il-massakru u imbagħad taw in-nar lill-istabbiliment.
Il-President Messikan Andres Manuel Lopez Obrado kkundanna dan l-attakk u talab investigazzjoni dwar kif persuni li kienu suspettati li wettqu dan l-attakk kienu għadhom kif inħelsu mill-awtoritajiet.