Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu telefonata mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li t-telefonata ffukat dwar il-proċess ta’ Brexit u r-relazzjonijiet bilaterali u anke dawk marbuta mal-Commonwealth.
Il-Prim Ministru tenna li waqt li l-preferenza ta’ Malta hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewroepa bi ftehim, Malta taqbel b’mod sħiħ mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea.