Tliet pulizija Palestinjani nqatlu b’diversi persuni oħra ndarbu f’żewġ attakki ta’ bombi suwiċidi. L-attakki huma maħsuba li saru minn persuni alleati mal-Istat Iżlamiku.
Fl-ewwel splużjoni nqatlu żewġ pulizija u ndarab Palestinjan. Fit-tieni splużjoni, li seħħet siegħa wara l-ewwel waħda, qatlet it-tielet pulizija filwaqt li ndarbu diversi persuni oħra.
Wara dawn l-attakki, ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza, bil-forzi tas-sigurtà jibgħatu mijiet ta’ persuni tas-sigurtà fit-toroq ewlenin ta’ Gaża.
L-attakki jsegwu operazzjoni li saret riċenti mill-Hamas – li jikkontrollaw Gaża – kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku.