Kulma jmur l-użu tad-drones qiegħed issir dejjem aktar popolari bil-kaptan Varmel Pace, li jmexxi d-direttorat tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan Transport Malta fakkar li huwa illegali li ttajjar drones fuq bini privat u fuq follol tan-nies.
Huwa spjega li apparti li jeżistu regolamenti li jikkonċernaw l-użu tad-drones fl-ajru jeżistu liġijiet retti dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-persuni.
Pace qalilna li “ma jistax ikun li għax għandek drone tiġi taqa’ u tqum mill-privatezza tan-nies u s-sigurtà tan-nies. u mhux insemmu l-ajruport u tal-ajruplani. once again Malta hija żgħira hawn 4 runways trid tkun taf fejn qiegħda r-runway, trid tkun taf fejn qiegħed biex inti ovvjament iżżomm lid-drone clear minn attività li qiegħda ssir. hawn drones li ma jħallukx itajjarhom pero oħrjan li trid tkun inti bħala operatur biex ma ttajrux.”
Il-kaptan Pace fakkar f’numru ta’ proċeduri fejn jidħlu d-drones fosthom kif kull min se juża drone għandu jiffirma dikjarazzjoni li tinsab fuq is-sit ta’ Transport Malta.
Huwa tenna li “Jekk inti se tużah kif suppost m’hemmx għalfejn ħafna affarijiet kbar. tniżżel id-dikjarazzjoni minn fuq is-sit tagħna, taqraha, tifhimha, tara x’inhu permess, tiffirmaha u tibgħathielna. ovvjament ikollok polza tal-assigurazjzoni magħha, għaliex polza? bħal kwalinkwe ħaġa jista’ jaqa’ fuq in-nies u propjetà. it-terza persuna għandu jkollu serħan tal-moħħ m’għandux iħabbel moħħu biex jieħu l-kumpens xieraq”.
Fakkar li minkejja li mhux komuni, inċidenti bi drones m’humhiex impossibbli U għalekk appella għar-responsabbilta fl-użu ta’ din it-teknoloġija li fil-ġejjieni jista’ jkun li jkollha rwol kruċjali fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Huwa temm jgħid li“għad jiġi żmien li ngġidu isma ċertu deliveries jistgħu isiru bi drones. L-hemm mexjin però fortunatament hemm dawk li aħna bil-Malti ngħidulhom il-cowboys illi jagħmlu dell ikrah fuq teknoloġija u fuq u industrija li tista’ timxi ‘l quddiem u aħna dak li rridu”.