Żewġt iqtates tħallew abbandunati waħidhom f’appartament wara li sidthom telqet mill-pajjiż mingħajr kliem u sliem.
Jidher li din il-mara ta’ nazzjonalità barranija kienet qed tgħix Malta għal xi żmien fejn jum minnhom, qabdet kollox u telqet lejn ir-Renju Unit mingħajr ma qalet lil ħadd.
Iżda minkejja li ħadet kollox magħha, ħalliet warajha lil dawn iż-żewġt iqtates li mingħajr ma jafu spiċċaw abbandunati mingħajr ħadd.
Kien proprju wara li l-propjetarju daħal fl-appartament li nduna li s-sidt kienet telqet u ħallietlu dawn iż-żewġt iqtates hemm – abbandunati mingħajr xejn li seta’ jagħti x’jifhem li se tkun qed terġa’ tirritorna.
Għalhekk dawn spiċċaw għand is-santwarju, Carers for Stray and Abbandoned Felines iżda kawża ta’ numru kbir ta’ qtates li sfaw abbandunati, dan is-santwarju għandu ‘l fuq minn 300 qattus bil-gaġeġ kollha jinsabu okkupati bi frieħ tal-qtates.
Kien għalhekk li issa qed issir appell għall-għajnuna biex tinstab familja lesta li tħobbhom u ttihom dak kollu li għandhom bżonn.
Il-qtates huma wieħed maskili u l-oħra feminili fejn għandhom madwar ħames xhur b’karattru gustuż.
Kull min hu interessat li jadotta lil dawn iż-żewġt iqtates jista’ jagħmel kuntatt mal-CSAF fuq il-paġna tal-Facebook permezz ta’ messaġġ.