Ftit qabel nofs il-lejl tal-Ħadd filgħaxija membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa sabiex jitfu nirien li ħakmu vann li kien ipparkjat fi Triq Burma f’Pembroke.
Kawża tan-nirien vetturi oħra li kienu pparkjati biswit il-vann sofrew xi danni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma dan il-każ għadhom għaddejjin.