Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, uffiċċjali ta’ Transport Malta wettqu diversi interventi f’waqthom fejn inqabdu diversi affarijiet li ma kienux f’posthom. Fost dawn kien hemm diversi vetturi u dgħajjes li kienu qegħdin jiżgrumbraw numru ta’ slipways.
Slipways minnhom bħal dawk f’Marsaxlokk għadhom kemm ġew imtejba f’dawn l-aħħar xhur iżda karozza jew dgħajsa fin-nofs għalqu l-passaġġ għal dawk li jkunu jridu jtellaw id-dgħajsa tagħhom l-art.