Fetħu l-applikazzjonijiet għal Breakfast Club, għall-istudenti li jattendu fl-iskejjel primarji għas-sena skolastika li jmiss. Il-kolazzjon li huwa wieħed nutrittiv se jkun offrut għall-istudenti tal-primarja kuljum bejn is-7 u t-8:30 ta’ filgħodu.
Dawk interessati jistgħu japplikaw onlajn fuq http://edu.gov.mt/en/breakfastclub jew wieħed jista’ jżur https://servizz.gov.mt. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-18 ta’ Settembru.
Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 153 jew iżur il-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Furjana bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit-08:00 sas-13:00 u l-Erbgħa bejn 16:30 u 19:00.