Fl-Amerka, fl-istat ta’ Illinois, mietet l-ewwel persuna b’kawża tal-vaping. L-aġenzija tas-saħħa ta’ Illinois ma semmietx l-identità tal-persuna iżda semmiet li l-persuna għandha madwar 17 u 38 sena.
Il-pazjent kien qed ibati minn mard respiratorju fil-pulmun ikkawżat mill-vaping. Uffiċċjali tas-saħħa fl-Amerka qalu li hemm madwar 200 peruna li għandhom mard respiratorju kkawżat mill-vaping jew e-cigarette minn sigarett elettroniku.
Id-direttur ta’ din l-aġenzija tas-saħħa Robert Redfield qal mal-medja internazzjonali li jinsab dispjaċut f’din l-aħbar tal-ewwel imwiet f’Illinois.