Aktar kmieni din il-ġimgħa l-kumpanija tat-teknoloġija Apple ħarġet il-credit card tagħha.
Il-kumpanija ġġanteska spjegat li sabiex wieħed iżomm din il-credit card nadifa, wieħed m’għandux jilbes ħwejjeġ tal-ġilda jew tad-denim. Dan sabiex wieħed iżomm il-kulur bajda, li jispikka f’din il-credit card, nadifa tazza.