Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Ghassan Salamé. Ġewwa l-Palazz ta’ San Anton huma tkellmu dwar is-sitwazzjoni preżenti fill-Libja, fejn il-President Malti saħaq fuq il-punt li l-poplu Libjan qiegħed ibati u qal li kemm jista’ jkun malajr tinstab is-soluzzjoni sabiex ikun hemm il-paċi f’dan il-pajjiż. Il-President Vella qal li sitwazzjoni fil-Libja taffettwa lir-reġjun tal-Mediterran kollu. Il-President qal li n-Nazzjonijiet Uniti għandha rwol kruċjali sabiex ikun hemm sitwazzjoni ta’ paċi.
Min-naħa tiegħu Salamé tkellem mal-President Vella dwar l-aħħar żvilluppi dwar x’qed isir fil-Libja. Il-President Vella assigura li Malta se tagħti s-sapport li hemm bżonn sabiex is-sitwazzjoni fil-Libja tkun waħda ta’ paċi u stabiltà.