Is-sewwieq tal-muturi Glenn Borg, fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet ikkompeta f’Hockenheim il-Ġermanja f’avveniment bl-isem ta’ NitroLympix. Dan kien rawnd ieħor mill-kampjonat Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi.
Borg spiċċa dan l-avveniment fit-tielet post tal-klassi tiegħu li hija magħrufa bħalha FIM Top Fuel Bike. Din hija l-aktar klassi veloċi li wieħed jista jieħu sehem fiha.
L-aħjar ħin li-għamel Borg kien dak ta 6.538 sekondi, l-aħjar veloċità kienet ta 329.68 kilometri jew 204.85 mil fis-siegħa u l-aħjar reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta .062 ta sekonda.
Malti ieħor li kien impenjat ġewwa il-Ġermanja huwa Simon Giordmaina li kien impenjat bil-bini u issetjar tal-mutur u tal-magna tat-tim Taljan Carbonera Racing Team, bil-mutur jkun misjuq minn Rudi Zorzi.
L-avventura li jmiss għal-Borg u għall-Giordmaina ser tkun fil-finali tal-kampjonat Ewropew ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra bejn il-5 u it-8 ta Settembru.