Niġerjan ta’ 31 sena residenti Birżebbuġa nħeles mill-aresst wara li tressaq il-qorti akkużat li darab żewġ uffiċjali tal-pulizija, li saq mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja.
Il-każ seħħ wara li n-Niġerja, li kien taħt l-effett tal-alkoħol, kellu inċident bil-mutur mhux linċezjat. Kien hawn li hu ħebb għall-pulizija u beda jheddidhom.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.