Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta fl-Imsida kmieni t-Tlieta filgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fi Triq il-Wied tal-Imsida, l-Imsida, meta mutur tat-tip Piaggo Vespa misjuq minn Ingliż ta’ sitta u erbħgin sena li jgħix l-Għasri, ħabat ma’ Peaugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ ħamsa u tletin sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għalll-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin.