L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum of Understanding għal perjodu ta’ ħames snin li se jara kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fejn jidħlu l-work placements tal-istudenti tat-turiżmu u kultura fl-Università.
L-MOU se toffri ċans ukoll ta’ korsijiet u master classes qosra fejn l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-qasam b’mod prattiku.
Din hija prova kemm l-università hija attiva fil-qasam ekonomiku f’Malta għaliex mhux biss qed tipproduċi taħriġ utli għall-istudenti iżda wkoll tati kontribut lill-industriji f’dan il-każ tas-servizzi.
Dan jiġi fi żmien fejn Malta qed tikseb rekord wara l-ieħor fil-qasam turistiku li juri l- potenzjal li għandu pajjiżna. B’hekk l-entitajiet ikunu qed jikkolaboraw għal ġid mhux biss tal-istudenti li ħerġin għad dinja tax-xogħol iżda wkoll għall-qasam turistiku u tas-servizzi f’pajjizna.