Wara aktar minn ġimgħa mill-implimentazzjoni tal-proġett tal-Mellieħa ‘Community Policing’, il-Pulizija tal-lokal ġa bdew jedukaw lill-pubbliku fuq serq mill-karozzi.
Dan għamluh x’ħin waqt rondi fil-lokalità nnutaw diversi vetturi miftuħin u ħallew noti mal-karozzi sabiex iqajmu kuxjenza max-xufiera biex titnaqqas il-possibilità li dawn ikunu vittmi ta’ serq.