Il-Kunsill militari li kien qed imexxi waħdu lis-Sudan iffirma ftehim biex jaqsam il-poter mal-Oppożizzjoni ċivili tal-pajjiż.
Il-ftehim deskritt bħala storiku ffirmat fil-kapitali Khartoum ġej wara protesti li skattaw wara li l-President Omar al-Bashir tneħħa mill-kariga.
Skont dan il-ftehim, grupp ta’ membri fl-armata u politikanti ewlenin mill-Oppożizzjoni se jaraw li ssir transizzjoni biex issir elezzjoni u l-pajjiż jgħaddi f’idejn tmexxija ċivili.
Il-Prim Ministru se jiġi magħżul mill-kamp ċivili filwaqt li ħames ġenerali se jkunu parti mit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż Afrikan.