Il-Qorti Amerikana ħarġet mandat kontra tanker taż-żejt Iranjan li kien maqbud f’Ġibiltà.
Dan wara li l-Qorti f’Ġibilta irlaxxat dan it-tanker li kien maqbud fil-port sa mill-erbgħa ta’ Lulju li għadda.
It-tanker Grace 1 kien investigat dwar allegat trasport ta’ żejt lejn is-Sirja.
L-Iran sejjaħ l-azzjoni tal-Qorti Amerikana bħala att illegali hekk kif il-battibekki bejn l-Iran u l-Amerka ma waqfux.
Filfatt ġimgħatejn wara li t-tanker inkwistjoni nżamm f’Ġibiltà, tanker ieħor li xxejjer il-bandiera tar-Renju Unit nżamm fl-ibħra viċin l-Iran.
Dan l-att deher bħala ritaljazzjoni għall-ewwel azzjoni.