Abushabab Ayman li għandu 36 sena ġie kkundannat għal 10 xhur ħabs, multa ta’ 1,700 ewro filwaqt li l-qorti skwalifikatu għal 18–il xahar milli jkollu fil-pusses tiegħu liċenzja tas-sewqan.
Ir-raġel kien akkużat li meta ħabat b’karozza tat-tip Volkswagen Beetle, il-pulizija sabitu mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni u fl-istess waqt kien taħt l-effett tax-xorb.
Fuq ir-raġel li oriġinarjament hu mill-Palestina nstabet sustanza suspettata raża tal-kannabis li huwa mifhum li s-sustanza kienet għal użu personali.