Anzjan ta’ 81 sena mill-Furjana tilef ħajtu għal raġuni li għadha mhux magħrufa.
Assistenza tal-Pulizija ntalbet għall-ħabta tal-16:05 meta l-anzjan instab mal-art fil-limiti tat-Triq Nazzjonali ġewwa l-Blata l-Bajda.
Ir-Raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minn membri taċ-ċentru tas-Saħħa fil-Furjana.
Il-Maġistrat Demicoli ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta appuntata l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.