Diversi bajjiet madwar il-gżira Maltija qegħdin itajru żewġ bnadar ħomor. Dan minħabba rjiħat qawwija li oriġinaw mill-Majjistral.
L-Għaqda tas-Salib l-Aħmar qiegħda tirrakkomanda lill-pubbliku sabiex jevita bajjiet bħall-Ġnejna, Golden Bay, Għajn Tuffieħa, Buġibba, Ta’ Sliema u San Ġiljan.
Il-pubbliku jista’ jirrikorri għal bajjiet aktar sikuri bħall-Għadira u l-Bajja s-Sabiħa.
L-Għaqda tappella lill-pubbliku sabiex jisimgħu mill-istruzzjonijiet tal-lifeguards għax kif jgħidu; il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa.