Ungeriż ta’ 24 sena qed jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kien kompliċi f’serqa minn dar ta’ anzjana fil-Belt Valletta l-ġimgħa li għaddiet.
Jiem ilu kien diġà tressaq raġel ieħor b’rabta ma’ dan il-każ.
Ans Ghodban affaċċja akkużi wkoll li żamm lil mara kontra r-rieda tagħha, ikkawżalha ġrieħi ħfief, u li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr il-permess meħtieġ.