Il-Forzi Armati ta’ Malta wettqet operazzjoni ta’ salvataġġ wara li tard it-Tnejn filgħaxija ntlemaħ dinghy żgħir f’nofs ta’ baħar. Immedjatament fuq il-post intbagħat ħelikopter li tella l-immigranti abbord fejn wieħed minnhom ġie ċċertifikat mejjet minn tabib tal-emerġenza li kien qed jistennihom flimkien ma’ ambulanza fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Il-kundizzjoni tal-immigrant l-ieħor hija deskritta bħala stabbli. Nifhmu li l-immigrant seta’ miet minħabba s-sħana qawwija u nuqqas ta’ ilma tajjeb għax-xorb.
Fis-sigħat ta’ wara l-operazzjoni l-Forzi Armati kompliet bit-tfittxijiet tagħha għal aktar immigranti li setgħu kienu mitlufa fiż-żona li nstab id-dinghy.