Raġel ta’ 27 sena minn Ħat-Tarxien sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fil-Fgura.
Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 11:15 a.m. fi Triq San Tumas il-Fgura.
B’rabta ma’ dawn il-każijiet infetħu żewġ inkjesti mill-Maġistrat Joe Mifsud.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.