L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-160 ruħ abbord il-vapur Open Arms li ilu fl-ibħra internazzjonali mit-2 ta’ Awwissu.
L-Uffiċċju jinsab imħasseb għax jemmen li d-dritt fundamentali għas-saħħa u sigurtà ta’ dawk kollha fuq il-vapur speċjalment it-tfal u l-minuri mhux akkompanjati, għandu jisboq kull argument
politiku li qed iżżomm milli dawn in-nies jiżbarkaw b’mod sigur.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qiegħed jappella lill-mexxejja politiċi kollha, kemm dawk nazzjonali kif ukoll Ewropej, sabiex ikunu solidari u jikkooperaw fuq livell umanitarju biex il-ħajja
ta’ dawn in-nies tiġi mħarsa u jitħallew jiżbarkaw.