L-aktar ħaġa li għal qalb il-kantawtur Kurt Calleja hija l-użu tal-metafori.
Il-metafora fil-kanzunetta This Is The Night: l-użu tal-karriera mużikali tiegħu fil-forma ta’ tfajla li jixtieq joħroġ magħha: “This Is The Night, This Is The Night, I will be a star, let me into heart!”
“As from this moment on, you and I can reach the stars!”
“Hey, I believe, you and me, we are meant to be!”
Matul dawn is-snin nieda kanzunetti bhal: Boomerang li titkellem dwar kif kultant minkejja li relazzjoni tidher li mhux qed taħdem. L-individwi xorta jibqgħu jiltaqgħu, tant li jitilfu l-kontroll:
“we keep on coming back, back, back, back, back – like a boomerang-rang-rang-rang-rang-rang”.
Fil-kanzunetta Vertigo, l-użu tal-metafori qiegħed biex jesprimi l-biża’ mill-għoli. Huwa jqabbel il-biża’ li jitlef il-maħbuba tiegħu hi bħal biża’ li tkun qed taqa’ mill-għoli: “Cos if I lose you now, it’s gonna be so far to fall”.
U Naturalment l-aħħar kanzunetta li għamlet anke 3 ġimgħat fil-quċċata tal-klassifika Maltija – Sweet Chili. Fejn fil-lirika jispikkaw kliem bħal:
“Sugar on my lips and it burns in the morning!”
“Hello, hello – then you walk away!”
“Hello, hello – now you want to play!”
“Candy covered heatwave”
“Sugar coated fever”
“Feels so good, now we got a problem!”
Tkellmna mal-kanawtur dwar l-użu tal-metafora fil-kanzunetti tiegħu.
Il-kantant qallilna li l-ispirazzjoni tiġi minn kullimkien – u f’dan il-każ sabu f’vażett tas-sauce favorit ta’ persuna ma kien joħroġ. Bħal kull relazzjoni jkun hemm il-mumenti sbieħ u mumenti inqas sbieh (u anke koroh) u allura meta l-affarijiet kienu tajbin kienu “Sweet!” – meta kien ikun hemm xi argument jahraq kien “Chili!”… b’hekk twieldet id-diska Sweet Chili.
L-istorja tal-vidjo turina żewġ realtajiet differenti. Waħda li Kurt ikun qiegħed jaħdes supermarket u li fiha jinnota tfajla mill-isbaħ. Tinterpreta l-parti ta’ din it-tfajla mhi ħadd ħlief Francesca Mifsud (Ms Univers Malta 2018). Calleja jidher li f’salt wieħed jiffissa fuq din it-tfajla u jidher anke f’mumenti jimxi warajha kemmxejn bil-moħbi.
Realtà oħra hi waħda kemmxejn aktar immaġinativa fejn Kurt jidher aktar mlibbes pulit u eleganti u qegħdin ġo dar lussuża – fejn Francesca hi liebsa ħwejjeġ kemmxejn seduċenti. L-interpretazzjoni tagħna hi – li Kurt kien qiegħed jimmaġina din ix-xena imma tant kien jemmen f’din il-ħolma li jiftiehem ma’
siehbu x-Chef Daniel Grech u l-Mixoloġist u Xjentist James Aquilina u magħhom jikkrea Sweet Chili Sauce li jqanqal ċertu emozzjonijiet. Fil-fatt it-tfajliet kollha li jduqu dan is-sauce jispiċċaw iduru ma Kurt…
Imma kif affettwa lil Francesca? Irnexxielu jirbaħha lil din it-tfajla li tant xtaqt? Biex tkun taf kif spiċċat l-istorja idħol hawnhekk u ara l-vidjow hawn taħt.