Għal ħafna l-Ġimgħa ta’ Santa Marija tfisser ukoll il-bidu tal-btajjel tas-sajf.
Donnu li bħal perjodi oħra fis-sena l-prijorità għal ħafna Maltin hi li f’dawn il-jiem ta’ ftit iktar mistrieħ ikunu fost l-għeżież tagħhom.
Tkellimna mal-pubbliku fil-Belt Valletta. Bejn qadja u oħra, f’jum mill-iktar sħun ħafna qalulna kif il-familja hija dik li jfittxu f’dawn il-jiem.
Ħafna persuni li tkellimna magħhom qalulna li dan il-perjodu jqattgħu mal-familja.
Bosta kienu dawk li stqarr li jqattgħu dan il-perjodu fill-gżira tat-tliet għoljiet għal ftit mistrieħ, xenarju mill-isbaħ u m’għandniex xi ngħidu ikla tajba.
Iżda, mhux biss. Ħafna huma dawk li jagħżlu li jmorru xi safra f’dan iż-żmien tas-sena.
Fuq kollox jekk ix-xogħol salmura tal-ġisem, biex tkun b’saħħtek għalih hemm bżonn tiċċarġja xi ftit il-batteriji. Iżda bosta minn dawk il-persuni li tkellimna magħhom saħqu fuq kemm hu importanti li wieħed jieqaf mir-rutina ta’ kuljum u jistrieħ.