Il-Ministru għall-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis qal li x-xena ta’ mara tkun issotata l-bajd u oġġetti oħra f’bachelors party mhix aċċettabbli. Hu kien qed jirreaġixxi għall-istorja fejn mara spiċċat fiċ-ċentru ta’ bachelors party kontroversjali għal mod kif kienet stmata mill-persuni li kienu preżenti.
L-organizzaturi qalu li dan bil-permess tagħha, filwaqt li kulma għamlu kien legali. Imma l-Ministru għall-Ugwaljanza kien ċar. Fuq Twitter stqarr li din mhijiex kwistjoni ta’ x’inhu legali jew le imma ta’ x’inhu aċċettabbli u x’mhuwiex. Il-Ministru tenna li mġieba bħal din li nxtered fuq il-midja soċjali li tagħmel ħsara li persuna umana hija kundannabbli.
This is not a matter of what is legal or not, but of what is acceptable or not. Such behaviour, filmed and then publicly circulated, against a human being is totally reprehensible.https://t.co/OLu3VYSpAL
— Edward Zammit-Lewis (@ZammitLewisEdw) August 11, 2019
Ritratt: Lovin Malta