Inlestu l-umbrellel jew nilbsu l-kappell? Ħafna forsi jaħsbu li għax is-Sajf ma tagħmilx xita.
Iżda l-uffiċju meteroloġiku spjega li maltempata f’Ġunju ġabet magħha l-akbar ammont ta’xita għall-2016. L-ogħla temperatura ta’ 36.2°C rrekordjata fis- 27 ta’ Ġunju.
Fix-xahar ta’ Ġunju niżlet 32.8mm ta’ xita li hija t-tieni l-akbar ammont li qatt niżel f’Ġunju mill-1923.
Din il-maltempata setgħet dehret stramba għal dan iż-żmien tas-sena, iżda l-Uffiċċju Meteoroloġiku ddeskrivieha bħala maltempata tipika tal-bidu tas-sajf. Fil-fatt, is-sena li għaddiet maltempata simili laqtet lill-gżejjer lejn il-bidu t’Awwissu.
It-temperaturi tax-xahar li għadda kienu ogħla mis-soltu, bit-temperatura massima ta’ 11-il ġurnata taqbeż in-norma ta’ 28.6°C.