F’post fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, Infrastruttura Malta ħabbret li issa tlesta x-xogħol tal-asfalt fit-Triq Reġjonali.
Infetħu sitt korsiji ġodda u l-junctions fl-inħawi sabiex ikun hemm konnessjonijiet aktar siguri.
Bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħolijiet fit-triq li jinkludi l-linji tal-korsiji.
Infrastruttura Malta rringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni li wera minħabba l-fatt li din it-triq tintuża minn eluf ta’ nies.
Stqarru li issa t-triq għandha inqas riskji għall-inċidenti u hija iktar effiċjenti għall-ivjaġġar.