Tlett persuni mgħammra b’arma taqta’ u bil-ponta daħlu jisirqu minn dar fi ‘Triq Marsamxett fil-Belt Valletta għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar.
Fid-dar fil-ħin tas-serqa kien hemm mara ta’ 69 sena mill-Belt stess. Mid-dar insterqu ammont ta’ flus kontanti biex imbgħad huwa mifhum li t-tlett persuni ħarbu minn fuq il-post.
Sorsi fuq il-post qalu li s-serqa tammonta għal madwar €100. Dan filwaqt li qalu kif il-mara ġiet imwerwra mill-ħallelin li heddewha b’ħajjitha.
Ftit tal-mumenti wara fuq il-post waslet ambulanza u t-tim mediku ta l-ewwel għajnuna lil-mara minħabba x-xokk li sofriet.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.