Ritratt: Daily Mail
Wara l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li affetwat partijiet kbar mir-Renju Unit ftit qabel il-ħamsa, waqt ir-Rush Hour, il-Ġimgħa waranofsinhar, l-effetti kienu għadhom jinħassu anke s-Sibt filgħodu.
Dan hekk kif il-qtugħ affetwa bosta mezzi tat-trasport fosthom l-underground, u l-ferroviji. Dan filwaqt li madwar miljun ruħ fl-Ingilterra u f’Wales ġew affetwati minn dan il-qtugħ il-provvista tal-elettriku.
Dalgħodu ġie rraportat dewmien li affetwa lil bosta vjaġġi tal-ferrovija, bil-Ferrovija tal-Grigal ta’ Londra tħassar bosta vjaġġi.
Il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku wassal ukoll biex bosta ‘traffic lights’ waqfu jaħdmu, l-ajruport ta’ Newscastle spiċċa fid-dlam u ġie affetwat ukoll l-isptar ta’ Ipswich.
L-operatur nazzjonali tal-elettriku qal kif ħsara f’żewġ generators waslu għall-qtugħ fil-provvista f’Londra, partijiet kbar tal-Ingilterra, Yorkshire, Cornwall u Wales.
L-Ofgem li tissorvelja l-enerġija fil-pajjiż qed titlob rapport urġenti mill-operatur tal-elettriku dwar il-qtugħ fil-provvista.