Kienu ffirmati żewg ftehimiet ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Mongolja.
Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, iltaqa’ mal-Prim Ministru l-ġdid tal-Mongolja Jargaltulga Erdenebat fil-bidu tal-impenji tiegħu waqt is-Summit bejn il-pajjiżi Ewropej u l-pajjizi tal-Asja, magħruf bhala ASEM.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-irwol ta’ Malta fl-Ewropa u kif Malta se tkun qed tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Jannar li ġej fejn jixtieq jara li tissaħħaħ il-koperazzjoni u d-djalogu bejn l-Ewropa u l-Asja.
Ġew diskussi wkoll oqsma ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Mongolja, fosthom fl-oqsma tal-avjazzjoni anke permezz ta’ titjiriet bejn iż-żewg pajjiżi, fl-edukazzjoni u fil-qasam marittimu.
Malta u l-Mongolja permezz tal-Ministri rispettivi tal-Affarijiet Barranin, Dr George Vella u Lundeg Purevsuren, iffirmaw żewġ ftehimiet dwar Servizzi tal-Ajru biex jiġu żviluppati rotot bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll ftehim dwar viżi u passaporti.