Il-Ministru għall-Intern tal-Italja u Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini, għamel sejħa għall-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara li qal li d-differenzi li jeżistu fil-koalizzjoni m’hemmx ċans li jkunu solvuti.
Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.
Tul il-jum tal-ġimgħa Salvini insista għal iktar minn darba li l-Italja għandha biss triq waħda, dik ta’ elezzjoni mill-iktar fis.
Il-Mexxej tal-Lego Nord, Matteo qal : “Abbiamo fatto una scelta di onesta di coerenza di coraggio. Potevamo stare tranquilli gli a mezzo servizzio scaldare le poltrone. Non sono nato per scaldare le poltrone. Chiedo agli Italiani se hanno la voglia di darmi pieni poteri per fare quello che abbiamo permesso di fare fino in fondo senza rallentamenti e senza palle al piede”.
Dan wassal biex il-Parlament irid jaġġorna mill-waqfa tas-Sajf sabiex jittieħed vot fil-Gvern immexxi minn Giuseppe Conte.
B’risposta għas-sejħa ta’ Salvini, il-Prim Ministru Giuseppe Conte qal li Salvini ser ikollu jiġġustifika s-sejħa għal elezzjoni quddiem il-Parlament.
Il-Prim Ministru Taljan, Giovanni Conte stqarr: “Al Ministro dell’Interno aspetterai invece nella sua veste di Senatore, di leader della Lega, spiegare al paese e giustificare a gli elettori che hanno creduto nella prospettiva del cambiamento, le ragioni che lo inducono a interrompere anticipatamente, bruscamente l’azione del governo”.
Intant id-Deputat Prim Ministru u mexxej tac-Cinque Stelle Luigi Di Maio, qal mal-midja Taljana li l-Partit tiegħu mhuwiex ser jiddejjaq minn elezzjoni oħra anke jekk din ser tkompli tiddistabbillizza l-pajjiż.
“Noi non abbiamo paura di andare al voto io pero sono preoccupato per il paese perche ci sono milioni di Italiani che stavano aspettanda la flat tax, che stavano aspettando il taglio del cuneo fiscale e con l-elezione che ci saranno ad Ottobre ci sara u Governo che ci insediera a Dicembre e non avra tempo a fare la legge di bilancio e questo probabbilmente fara aumetare l-Iva”.
L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed ipoġġi lil Salvini bħala favorit. Quddiem din is-sitwazzjoni is-segretarju tal-Partit Demokratiku Nicola Zingaretti għamel talba għal għaqda, fosthom lill-eks Prim Ministru Matteo Renzi.
“A lui dico anche in questo momento, “aiuta, dai una mano, e assolutamente leggittimo che tu fai politica. Non e vero che tu non ti interessi di politica. Sei una risorsa. Fallo e aiutaci a vincere queste elezzioni al’prossimo appuntamento elettorale.”
Kollox jindika li l-jiem, ġimgħat u xhur li ġejjin se jerġgħu jkunu perjodu mqalleb għall-politika Taljana li tibqa’ tispikka għan-nuqqas ta’ stabbiltà fit-tul.