Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-ikbar trade umion f’pajjiżna, huwa kuntent li l-aħħar statistika dwar il-faqar f’Malta reġgħet uriet titjib.
Huwa stqarr: “L-ewwel nies huwa ta’ sodisfazzjon li tara għal ħames sena konsekuttiva lin-nies fil-faqar ħerġin. Aħna bħala soċjetà u dejjem nenfasizza fuqha bħala segretarju ġenerali u anke b’bażi personali huwa li aħna rridu naghmlu differenza fuq is-soċjetà tagħna. Iridu ngħinu l-dawk l-iktar vulnerabli nkella nfallu mit-tiri li qegħdin nagħmlu. Il-fatt li naqsu iżjed u mill-istatistika li rajt jiena tfisser li seba’ persuni kuljum ħarġu kuljum ħarġu mill-faqar hija ta’ sodisfazzjon kbir”.
Din l-istatistika hija fuq kollox xhieda li t-tkabbir ekonomiku li qed tesperjenza Malta qed jinfirex iktar fost is-sezzjonijiet differenti tas-soċjetà Maltija.
“It tkabbir ekonomiku qed jinħass ukoll fil-membri tagħna u fil-ħaddiema l-oħrajn. Huwa biżżejjed le. Nemmen li hemm hafna izjed xjista jsir”, tenna Bugeja.
M’hemmx dubju li fil-ġlieda kontra l-faqar huwa strumentali x-xogħol, li mhux biss itejjeb id-dħul tal-individwi u l-familji, iżda jagħti wkoll dinjità.
“Aħna dejjem naspiraw li nkunu fost l-aqwa u din il-ħidma dawn il-policies to make work pay illum il-ġurnata ma nitkellimx fuq kemm hawn nies qiegħda imma nitkellem fuq kemm hawn nies jaħdmu. Illum qbiżna il-mitejn elf. Qegħdin xi mitejn u ħdax-il elf ruħ jaħdmu f’ Malta”, saħaq Bugeja.
Issa l-General Workers Union qed tħares ‘il quddiem għall-baġit għas-sena d-dieħla, li dwaru diġà bdew id-diskussjonijiet.
“Jiġifieri issa qegħdin niddiskutu l-baġit għal li ġej għas-sena li ġejja u nimpruvjaw fuq is-sena li għaddiet, waħda mil-proposti hija defenittivament li nżidu l-penzjonijiet biex ngħinu iżjed għax tinsiex inti wieħed mil-iktar gruppi li huwa vulnerabli huma dawk il-pensjonanti allura rridu ngħinuhom.”
Fost is-suġġerimenti tal-General Workers Union hemm dak li jitlob iktar taħriġ għall-ħaddiema bil-għan li jkunu jistgħu jwieġbu għad-domandi li qed joħolqu swieq ġodda f’pajjiżna.
Bugeja temm jgħid li “Mela ejja nħarrġu l-ħaddiema naraw l-edukazzjoni kemm formali u kemm informali l-instituzzjonijiet biex inħarġu ħaddiema u jimlew il-postijiet tax-xogħol u hekk biss tibda toħroġ in-nies l-iktar vulnerabli billi ittihom ħiliet u kompetenzi ġodda. Li jkunu jistgħu jimlew vakanzi li qed toħloq l-ekonomija”.