L-aħbar li għal ħames sena konsekuttiva reġgħu naqsu n-nies fir-riskju ta’ faqar jew fl-esklużjoni soċjali intlaqgħet b’sodisfazzjon minn għaqdiet li jiġġieldu għall-ġustizzja soċjali.
Matthew Borg, Segretarju tal-Alleanza Kontra l-Faqar, għamel referenza għall-fatt li dan hu wkoll riżultat ta’ miżuri diversi li ħallew il-frott.
Ma’ One News innota waħda mill-iktar li għamlu differenza.
“Kien hemm xi mizuri ħallew il-frott”, stqarr Borg.
Hu tenna “Tapering of benefits. Tgħin persuna toħroġ mill-faqar, tnaqqas il-benefiċċji bil-mod”.
Żied jgħid kif fl-aħħar snin kien hemm tnaqqis sinjifikanti fil-persuni li ma jaffordjawx affarijiet bażiċi, fosthom fl-ikla ta’ filgħaxija.
“Material deprieved , dawk li ma jaffordjawx platt shun kuljum minn gvern laburista nizel għal 3 fil-mija. Aghar minn hekk deprived min dsatax fil-mija. Huwa rizultat pozittiv”, kompla jgħid Borg.
Naturalment, Borg sostna li l-awtoritajiet iridu jieħdu ħsieb lil dawk li għadhom mhux ilaħħqu b’mod diċenti mal-ħajja u għalhekk tenna li se jsiru wkoll numru ta’ suġġerimenti”.
“Aħna u l-NGOS oħra se nieħdu kampanja fuq living income biex issa id-diskors minn paga minina idur fuq living income biex persuna tkun tista tgħix ħajja diċenti”.
Intant l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna ukoll esprimit sodisfazzjon għall-politika tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-faqar.
Qalet li l-istatistika Nazzjonali dwar il-faqar tikkonferma li l-politika tal-Gvern fil-qasam ekonomiku u soċjali qed twassal għar-riżultati tajbin biex finalment jiġi miġġieled il-faqar.
Mill-banda l-oħra qalu li jridu iktar ħidma kontra l-prekarjat u fis-settur tal-housing.
Sejħu bħala fid-direzzjoni tajba l-prijorità tal-Gvern li jiżviluppa proġetti ta’ ‘akkomodazzjoni soċjali, għalkemm iridu iktar kontrolli fuq il-prezzijiet tal-kera.
Innotaw ukoll li zieda fil-pensjoni minima nazzjonali qed twassal biex aktar pensjonanti jgħixu stil ta’ ħajja diċenti.