L-FBI fetħet investigazzjoni domestika tat-terroriżmu dwar l-attakk waqt festival tal-ikel f’Kalifornja li ħalla tliet persuni mejta – fosthom żewġt itfal.
Dan wara li sar magħruf li l-aggressur Santino William Legan ta’ dsatax-il sena, kellu binjiet federali u reliġjużi fil-mira tiegħu.
Għalkemm l-FBI għadhom ma kkonfermawx il-mottiv taż-żagħżugħ, qed jingħad li kien qed jiskopri ideoloġiji vjolenti meta kien qed jippjana l-attakk.
Il-Pulizija Amerikana qed torbot żewġ attakki oħra riċenti mal-istess ideoloġiji.