Il-Kamra tal-Periti laqgħet t-twaqqif ta’ Aġenzija ġdida tal-Bini u tal-Kostruzzjoni permezz tal-Avviż Legali 192 ta’ l-2019. Fi stqarrija l-Kamra tal-Periti qalet kif din l-Aġenzija hija l-prekursur tal-Awtorità tal-Bini u tal-Kostruzzjoni li ser titwaqqaf fix-xhur li ġejjin, u li l-Gvern ikkommetta li jistabbilixxi kif indikat fil-Letter of Commitment mibgħuta lill-Kamra tal-Periti l-ġimgħa li għaddiet.
Spjegaw kif l-Aġenzija għandha l-funzjoni li tħejji, timplimenta u tqassam diversi policies, flimkien mal-konsolidazzjoni, ir-reviżjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti, fil-forma ta’ kodici nazzjonali tal-bini, kif ukoll li twettaw il-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi mwaqqfa’ l-Awtorità tal-Bini u tal-Kostruzzjoni.
Temmet l-istqarrija billi qalet kif dan hu pass importanti sabiex jiġi żgurat li l-industrija tiġi rregolata, u l-Kamra tal-Periti thares ‘il quddiem sabiex tkun tista’ tippreżenta l-proposti tagħha lill-Aġenzjia, skond kif spjegat fid-dokument A Modern Building and Construction Framework for Malta, biex dawn jiġu implimentati fil-futur qarib.