Clifton Attard ta’ 28 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li fil-Qorti ammetta li hedded li joqtol lill-ġenituri tiegħu. Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħareġ li Attard għandu vizzju tad-droga u li ilu ħafna jingħata ċans sabiex jinbidel iżda l-kondotta tiegħu baqgħet tiċċappas.
Il-Qorti ordnat lil Attard sabiex ma jersaqx lejn il-ġenituri tiegħu għal sentejn waqt li tablet ukoll lid-direttur tal-ħabs biex jagħtih aċċess għall-għajnuna kontra id-droga.