Raġel li jbati mill-vizzju tad-droga ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li seraq għodda minn dar fl-Imtarfa.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Robert Vella akkużat lill-Emad Zweit ta’ 47 sena mir-Rabat, b’serq aggravat. Vella talab ukoll għall-protezzjoni lill-vittmi.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkuża fil-konfront tiegħu.
Intant il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat ammetta u li rritorna l-affarijiet misruqa u għalhekk ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin. Hija ordnat ukoll li jingħata l-għajnuna għall-vizzju tad-droga.