F’kundanna bl-aktar mod skjett, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-mibegħda m’għandhiex post fl-Istati Uniti, wara li 29 persuna nqatlu f’żewġ attakki tal-massa fit-tmiem il-ġimgħa li għadda.
Fost kritika u akkużi li għandu jġorr ir-responsabbiltà għaliex huwa parti mill-problema, Trump qal li trid issir aktar ħidma biex jitwaqqfu dawn l-attakki.
Kritiċi tiegħu kkwotaw ir-retorika ta’ Trump kontra l-immigranti, u l-fatt li jibqa’ jopponi l-kwistjoni tal-kontroll tal-armi.
Fl-aħħar jiem, attakk f’Texas ħalla għoxrin mejta, u ieħor f’Ohio ħasad il-ħajja ta’ 9 persuni oħra.