Bernal Puerta Monica Alejandra mill-Kolombja residenti l-Imsida ġiet arrestata u akkużata b’żammha ta’ burdell fl-Imsida.
Il-prosekuzzjoni qalu li meta kellmuha. Hija qalet li ma kinitx taf li burdell u prostituzzjoni f’Malta huwa illegali.
Hija wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Magistrat Gabriella Vella sabet lill-imputata ħatja. Hija ġiet ikkundanata tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Hija se terġa’ tintbagħat lejn pajjiżha.