Jonathan James Borg ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressaq il-qorti akkużat li seraq minn Raketech Group Ltd.
Jirriżulta li l-kumpanija kellha tirċievi flus mingħand klijenti tax-xogħol li għamlet ta’ riklamar fis-settur tal-gaming. Il-kumpanija baqgħet qatt ma rċiviet il-flus, għax jirriżulta li l-akkużat biddel l-account number tal-klijenti għar-Revolut tiegħu.
L-akkużat kien jaħdem ma’ din il-kumpanija iżda issa jinsab mingħajr impjieg. Huwa diġà ffaċċja każ simili l-Qorti f’Marzu li għadda, fil-fatt huwa riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati. L-assi tal-akkużat ġew friżati.
Il-Maġistrat Gabriella Vella talbet sabiex l-akkużat jinżamm arrestat.
Għall-akkużat deher l-avukat Ezekiel Psaila.