Il-Prim Ministru kkummenta wkoll dwar is-sentenza tal-Qorti fil-każ skandaluż tal-art tal-Lowenbrau. “Dan id-deputat tal-PN, Dr Jason Azzopardi, li kieku sentenza bħal din ingħatat fuq xi ħadd ieħor, ma ngħidx xi ħadd mill-Partit Laburista, anke xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista stess li ma tantx għandu grazzja miegħu, minjaf kemm kien joħroġ jgħajjat li dak għandu jirriżenja,” qal Joseph Muscat li rrefera kif il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel ċans li kellu biex juri li qabad il-barri minn qrunu żamm kwiet ukoll.
“Żewġ qrati kkonfermaw li hemm responsabbiltà politika, ħafna kbira, li għandha tintrefa’ minn Jasopn Azzopardi,” temm Joseph Muscat li żied li kif qalet il-Qorti, irid jew ma jridx Jason Azzopardi għandu jifhem li kellu jġorr ir-responsabbiltà politika ta’ dak li ġara under his watch.