Il-birra. Għal ħafna l-aqwa u l-itjeb xarba li qatt ġiet ivvintata, u l-istatistika dwar il-konsum tagħha tixhed dan kollu.
Propju fil-jum dinji tal-birra, il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li tul is-sena l-oħra, aktar minn 39 biljun litru birra alkoħolika ġew prodotti fl-Unjoni Ewropea biss, b’aktar minn tmien biljun litru minnhom ikunu prodotti fil-Ġermanja.
F’Malta, il-birra wkoll tinżlilna għasel f’dawn iż-żminijiet. Fil-fatt, bosta sidien ta’ ħwienet qalu li sajf jew xitwa, bard jew sħana, il-birra hija l-aktar li timxi. Tkellimna ma’ Karlu Seychell, sid ta’ bar fil-Belt, fil-ħin fejn l-aħħar ftit dilettanti tal-pinet irħewla lejn il-lukanda qabel il-pinta ta’ filgħaxija.