Waqt laqgħa bilaterali mal-Ministru Carmelo Abela, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Hon. Patricia Scotland iddeskriviet lil pajjiż bħala mudell, fejn tidħol il-ħidma pożittiva li qed issir mill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerc fil-Commomwealth b’mod partikolari fejn jidhol il-Commonwealth Small States Centre of Excellence.
Dan gie imwaqqaf f’Malta, taht ir-responsabbilta’ tal-Ministeru, wara c-CHOGM 2015, bil-għan li jipprovdi sapport u kapaċita’ lil-stati membri żgħar tal-Commonwealth sabiex jintlaħqu l-miri tas-Sustainable Development Goals tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Ministru Carmelo Abela semma’ l-ħidma li saret minn dan iċ-Ċentru fil-qasam tat-tibdil tal-klima u ta’ kif jistgħu jiġu utilizzati strumenti bħall-Climate Finance, għall-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima – liema effetti ser jaffetwaw l-iżjed il-stati membri żgħar, meqjusa bħala l-iżjed vulnerabbli.
Il-Ministru semma’ li wara ż-żewġ konferenzi li saru fl-aħħar xhur f’Malta b’din it-tema, il-Ministeru jinsab determinat li jinżamm il-momentum għoli u permezz ta’ iżjed kooperazzjoni mas-Segretarjat tal-Commonwealth, fil-futur ikomplu jsiru iżjed inizzjativi favur l-żvilupp sostenibbli.
Huwa irrimarka il-ħtieġa u r-rieda mingħand membri stati żgħar sabiex jingħataw iżjed riżorsi għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet f’dawn il-pajjiżi. Għal dan il-għan, ġie maqbul li Malta u l-Commonwealth ser jaħdmu id f’id sabiex itellgħu avveniment sekondarju waqt il-ġimgħa Ministerjali tal-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.
Onor. Abela qal li dan it-tip ta avveniment huwa mistenni li jkompli jibni fuq il-momentum li diġà beda jinbena wara iż-żewġ konferenzi li saru Malta fuq din it-tema’ f’ Ġunju li għadda. Ma Malta u s-Segretarjat tal-Commonwealth huma mistennija li jissieħbu pajjiżi oħra min reġjuni ġeografiċi differenti tal-Commonwealth fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment sekondarju ta’ livell għoli.
Il-Ministru Abela ikkonkluda billi qal liċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Istati Żgħar tal-Commonwealth, ser ikun qed ikompli bil-ħidma biex jassisti lill-istati żgħar u vulnerabbli biex jibnu u jiżviluppaw il-kapaċitajiet u riżorsi interni. Huwa tajjeb li wieħed jinnota illi 31 minn 39 stati zgħar fid-dinja huwa msieħba fil-Commonwealth.
Il-Ministru Abela u Hon. Patricia Scotland tkellmu wkoll fuq il-ħidma attiva li qed issir minn Malta fejn jidħlu it-2030 Sustainable Development Goals bil-għan li jinħoloq futur sostenibbli għal kulħadd f’oqsma bħal poverta’, l-inugwaljanza, t-tibdil tal-klima u l-paċi flimkien mal-ICT u l-innovazzjoni.
Il- Ministru Abela saħaq wkoll fuq l-importanza li l-Commonwealth taħdem u tistinka aktar fuq it-tkattir ta’impjiegi f’pajjiżi membri fejn hemm maġġoranza ta’ popolazzjoni żagħżugħa.
Il-Ministru Abela u l-Hon.Patricia Scotland qalu li jħarsu ‘l quddiem għal ħidma proattiva lejn l-Rwanda CHOGM 2020 partikolament fejn jidħlu l-oqsma identifikati bħala ta’ prijorita’ li huma l-marittimu, l-edukazzjoni, stati żgħar u tibdil fil-klima.