Raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żurrieq ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu, xufier f’vettura pparkjata fetaħ il-bieba tal-karozza u laqat il-mutur.
Il-Pulizija kkonfermat li bid-daqqa mal-bieba x-xufier tal-mutur tal-għamla Binelli spiċċa mal-art, fejn kellu jissejjaħ tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, filwaqt li l-kundizjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.